Friday, May 3, 2024

Paris Saint-Germain lesti li jbiegħu lil Georginio Wijnaldum wara staġun wieħed biss

Aqra wkoll

Paris Saint-Germain huma lesti li jbiegħu lil Georginio Wijnaldum wara staġun wieħed biss.

Il-player ta’ 31 sena wasal fil-Parc des Princes wara li waqa’ li kien skada l-kuntratt tiegħu ma’ Liverpool fis-sajf li għadda, iżda tħabat biex isir parti regolari fl-ewwel 11 ta’ Mauricio Pochettino.

Wijnaldum temm l-ewwel staġun tiegħu ma’ PSG bi tliet goals u tliet assists minn 38 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, iżda beda biss 18-il logħba fl-istaġun trijonfanti tagħhom tal-Ligue 1.

Sport