Hekk kif Paris St Germain rebħu l-kampjonat Franċiż, id-diriġenti tal-belt kapitali Franċiża huma ferm kuntenti bix-xogħol li għamel il-kowċ il-ġdid tagħhom Luis Enrique. Dan il-kowċ ta’ 53 sena għad jonqsu żewġ kompetizzjonijiet oħra li possibbilment jista’ jirbaħhom u dawn huma l-UEFA Champions League u t-tazza Franċiża.
L-istess diriġenti Pariġini se jkunu qed joffru lill-kowċ tiġdid fil-kuntratt hekk kif jemmnu li aktar unuri jistgħu jiġu miegħu. Hu kellu jgħaddi minn staġun ta’ transizzjoni bl-istilla Kylian Mbappe li se jħalli lill-klabb fl-aħħar ta’ dan l-istaġun iżda xorta rnexxielu jintegrah bl-aqwa mod possibbli minkejja l-problemi li qala’ fid-dressing room.
Luis Enrique fil-passat mexxa wkoll lit-tim nazzjonali Spanjol kif ukoll lil Barcelona, Celta u AS Roma.