Paris St Germain qed jippreparaw sabiex imorru fil-Ġappun sabiex jieħdu sehem f’kamp ta’ taħriġ qabel il-bidu tal-kompetizzjonijiet importanti għall-istaġun li ġej.
It-tim immexxi minn Luis Enrique se jkun fl-Ażja bejn it-22 ta’ Lulju u t-2 t’Awwissu u fejn fiha se jkunu qed jilagħbu kontra tliet timijiet fosthom Al Nassr (25 ta’ Lulju), Osaka (28 ta’ Lulju) u Inter (1 t’Awwissu).
Jingħad li l-Pariġini se jkunu qed jirċievu s-somma ta’ €20 miljun talli se jkunu qed jipparteċipaw.