Saturday, May 4, 2024

Paris SG u Man Utd fit-taqtigħa għal Robert Lewandowski

Aqra wkoll

Paris St-Germain u Manchester United daħlu fit-taqtigħa biex jiffirmaw lill-attakkant internazzjonali Pollakk, Robert Lewandowski, wara li dan ħabbar pubblikament li ma jridx jibqa’ ma’ Bayern Munich.

Kollox kien qed jindika li dan il-player ta’ 31 sena kien se jingħaqad ma’ Barcelona iżda l-Katalani għandhom problema kbira li qabel ineħħu bosta players, dawn ma jistgħu jingaġġaw lil ħadd.

Barra minn hekk huwa qed jitlob salarju ta’ €25 miljun fis-sena liema ċifra Manchester United huma lesti li jħallsu. Iżda min-naħa l-oħra Lewandowski jrid jilgħab fil-UEFA Champions League liema kompetizzjoni r-Red Devisl mhumiex qegħdin fiha.

Għaldaqstant, il-Pariġini jistgħu jkunu l-favoriti li jiksbu l-firma tiegħu.

Sport