Friday, May 3, 2024

Paris St Germain jibdew is-sena b’telfa kontra Lens

Aqra wkoll

Paris St-Germain tilfu għall-ewwel darba minn Marzu  li għadda fil-kmapjonat hekk kif ġew megħluba minn Lens bl-iskor ta’ 3-1. 

Min-naħa tagħhom Lens, li jinsabu fit-tieni post, tilfu darba biss fi 17-il logħba tal’ Ligue 1 f’dan l-istaġun u issa jinsabu erba’ punti biss taħt il-leaders taħt it-tmexxija tal-coach, Christopher Galtier. 

It-team ospitu ma setax kellu bidu aħjar meta Przemyslaw Frankowski (5) xeħet fil-lasti vojta wara li l-goalkeeper, Gianluigi Donnarumma, ma żammx tajjeb. 

Madankollu, tliet minuti wara, Hugo Ekitike kiseb id-draw għall-Pariġini iżda Lois Openda (28) reġa’ xeħet lil Lens fil-vantaġġ wara li għeleb lid-difensur Marquinhos u għeleb lil Donnarumma b’xutt fil-baxx lejn ir-rokna tax-xibka. 

Imbagħad żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Alexis Claude-Maurice żied it-tielet goal għal Lens b’xutt mill-viċin.  

Filwaqt li l-Pariġini kellhom lil Neymar sospiż, Kylian Mbappe lagħab il-partita kollha iżda kellu logħba kwieta. 

L-aħħar telfa ta’ PSG kienet telfa ta’ 3-0 kontra Monaco fl-20 ta’ Marzu, 10 ijiem wara li sfaw eliminati mill-UEFA Champions League kontra Real Madrid. 

Sport