Paris St Germain jinsabu ferm interessati li jakkwistaw il-firma tal-plejer żagħżugħ Geovany Quenda. Hu għandu 17-il sena u qed jattira l-interess ta’ diversi timijiet Ewropej fosthom Manchester City u Manchester United.
Geovany Quenda hu plejer Portugiż li diġa’ qed jilgħab fit-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena. Matul dan l-istaġun hu lagħab għaxar darbiet mal-klabb tiegħu Sporting Lisbon u skorja gowl wieħed biss.