Saturday, May 4, 2024

Parkeġġ pubbliku ġdid ta’ 128 spazju f’Ħal Tarxien

Aqra wkoll

B’investiment ta’ €350,000, l-aġenzija Infrastructure Malta lestiet il-bini ta’ parkeġġ pubbliku ġdid biswit Saint Thomas More Middle School, f’Ħal Tarxien.

Dan ġie inawgurat mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Il-parkeġġ jinkludi 128 spazju u jinsab fi Triq Ċikku Saliba, inqas minn 200 metru bogħod mill-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien.

Il-Ministru Ian Borg qal kif minn sit abbandunat issa l-pubbliku se jkun jista’ igawdi minn parkeġġ ġdid u aktar sigur. “Permezz ta’ dan l-investiment se nkunu qed innaqqsu l-konġestjoni f’dawn l-inħawi minħabba li n-nies se jdumu jduru inqas biex isibu post għall-vetturi tagħhom, filwaqt li se nnaqqsu problemi ta’ parkeġġ doppju u triplu. Bħalma għamilna fi proġetti oħra ta’ dan it-tip rajna wkoll li ninkludu faċilitajiet oħra fosthom żewġ punti tal-iċċarġjar tal-karozzi elettriċi. Minħabba l-fatt li l-parkeġġ jinsab viċin skola rajna wkoll li nimplimentaw l-aqwa sigurtà possibbli permezz anke ta’ lay-bys ġodda tal-karozzi tal-linja.”

Wara konsultazzjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien, din iż-żona ġiet imsebbħa bi 15-il siġra taż-żebbuġ, 12-il siġra tal-palm u 400 arbuxelli oħra u pjanta żgħira oħra. Il-kuntratturi tal-aġenzija se jkomplu jsaqqu u jieħdu ħsieb dawn is-siġar u arbuxelli għall-ftit snin li ġejjin, sakemm jiġu stabbiliti.

Dan il-parkeġġ jinsab marbut ukoll mal-underpass tar-roundabout ta’ Santa Luċija li Infrastructure Malta bniet fl-2020.

Sport