Sunday, November 24, 2024

Parteċipazzjoni qawwija għall-kwizz organizzat mill-Bank of Valletta għall-impjegati

Aktar minn 300 impjegat jikkompetu bejniethom

Aqra wkoll

F’lejla tipikament sajfija f’Birżebbuġa, il-Bank of Valletta wera l-impenn tiegħu biex irawwem ambjent tax-xogħol vibranti u inklużiv għall-impjegati tiegħu billi organizza avveniment uniku li għalih ħadu sehem aktar minn 300 impjegat. Organizzata mill-iSports & Social Club tal-Bank, il-Quiz Night ra lill-impjegat jieħdu sehem f’kompetizzjoni vivaċi maħsuba biex tittestja l-għarfien, il-kreattività u l-ħidma tagħhom f’element ta’ tim.

L-atmosfera kienet elettrika mill-bidu, b’impjegati minn madwar il-Bank, jingħaqdu biex jikkompetu fi spirtu sportiv. Timijiet, b’ismijiet kreattivi u lebsin kostumi tematiċi, ġabu enerġija mill-aqwa għal dan l-avveniment.

Din il-kreattività u l-entużjażmu jenfasizzaw il-kultura kollaborattiva li llum qed tiddistingwi lill-Bank of Valletta bħala Post tax-Xogħol Preferut f’Malta. Dan l-avveniment offra opportunità perfetta għall-impjegati biex jirrilassaw, jitħalltu, u jsaħħu r-rabtiet tagħhom matul l-interazzjonijiet tagħhom ta’ kuljum.

L-avveniment kien ikkoordinat mill-iSports & Social Club tal-Bank b’kollaborazzjoni ma’ Outdoor Living Crew. Il-kwizz kien fih kategoriji ta’ trivia li jkopru Emojis, Serje ta’ Netflix, Sports Stramb, Politika Dinjija, u, ovvjament, l-istorja tal-Bank tul dawn l-aħħar ħamsin sena.

Dawn il-kategoriji żguraw li ikun hemm xi ħaġa li tolqot lil kulħadd, li jħeġġu parteċipazzjoni wiesgħa. Wara diversi rawnds intensi u eċċitanti, tliet timijiet ħarġu rebbieħa. Ir-rebbieħa kienu Debugging Dreams Team magħmul minn impjegati mill-funzjoni tal-IT tal-Bank, Wenara Wizards, kompost minn impjegati mill-Customer Review Team tal-Bank, ħadu t-tieni post, filwaqt li l-BOVshells li jirrappreżentaw il-funzjoni tal-Asset Management tal-Bank klassifikaw fit-tielet post.

Waqt li indirizza lil dawk li attendew, Kenneth Farrugia, il-Kap Eżekuttiv tal-Bank, esprima sodisfazzjon kbir għall-parteċipazzjoni u l-impenn. Huwa enfasizza l-importanza li avvenimenti bħal dawn isaħħu l-impenn tal-Bank li jkun employer eżemplari.

“Il-parteċipazzjoni u l-entużjażmu li rajna llejla huma xhieda tal-komunità vibranti u diversa li għandna fil-Bank of Valletta,” qal Kenneth Farrugia. “Avvenimenti bħal dawn jenfasizzaw id-dedikazzjoni tagħna biex inrawmu post tax-xogħol fejn il-kreattività, ix-xogħol f’tim, u l-konnessjonijiet personali huma vvalutati, iċċelebrati u ppremjati.”

Ernest Agius, iċ-Chief Operations Officer tal-Bank u President tal-Kumitat Organizzattiv ħa wkoll l-opportunità biex jirringrazzja lill-membri tal-kumitat għall-isforzi eċċezzjonali tagħhom fl-organizzazzjoni tal-avveniment. Tenna l-impenn tal-Bank li jinvesti f’attivitajiet li jibnu sens qawwi ta’ komunità fost l-impjegati, li joħolqu opportunitajiet biex jirnexxu kemm personalment kif ukoll professjonalment.

“Fil-Bank of Valletta, nemmnu li n-nies huma l-akbar assi tagħna. L-investiment fil-benessri tal-impjegati u t-trawwim ta’ kultura kollaborattiva huma ċentrali għall-missjoni tagħna. L-avveniment li sar illum jagħtini sodisfazzjon kbir u r-rispons eċċezzjonali jimliena b’enerġija biex inkomplu norganizzaw avvenimenti daqstant impenjattivi.”

Sport