Wednesday, March 27, 2024

Partijiet mill-Ewropa b’20 grad iktar mit-temperatura għal dan iż-żmien tas-sena

Aqra wkoll

Is-sħana tremenda li qiegħda tolqot partijiet kbar mill-Ewropa kisret għadd ta’ rekords tat-temperaturi ta’ Ġunju. Din is-sħana, li qiegħda tolqot numru ta’ pajjiżi miċ-Ċirku Artiku għat-Tramuntana tal-Afrika, hija bil-wisq iktar għolja mill-medja li s-soltu jkollna f’Ġunju tant li f’ċertu pajjiżi t-temperatura kienet 20 grad iktar mill-medja.

Nhar l-Erbgħa li għaddiet  fin-Norveġja, sewwasew f’Banak, it-temperatura telgħet għal madwar 32.5oC fejn din kienet sinjifikament iktar għolja mill-medja hekk kif is-soltu f’din iż-żona t-tempe­ratura tkun ta’ madwar 13oC. 

Nhar it-Tnejn, il-Polonja esperjenzat ukoll temperaturi ta’ madwar 35oC filwaqt li f’partijiet fil-Lvant tal-Ġermanja telgħet għal 37oC.

Rekords inkirsu wkoll fis-Slovenja u l-Koazja, filwaqt li s-sħana nfirxet ukoll fost il-pajjiżi tat-Tramuntana tal-Afrika fejn fit-Tuneżija t-temperatura laħqet ir-rekord preċedenti ta’ 48.7oC. 

Ekonomija

Sport