Thursday, December 26, 2024

Partit Iżrealit kontra l-omosesswali b’saħħa kbira fil-Gvern il-ġdid

Aqra wkoll

Benjamin Netanyahu l-mexxej ta’ partit Likud f’Iżreal ħabbar li kien ifforma koalezzjoni mal-partit lemin estrem li jitkellem b’mod pubbliku kontra l-persuni omosesswali

Fl-aħħar żvilupp fil-politika Iżraelita, din hija l-ewwel darba li partit tal-lemin estrem se jkollu daqshekk saħħa fil-pajjiż.

Avi Maoz se jkun id-Deputat Prim Ministru u hu l-istess mexxej li jmexxi l-partit Noam li għandu twemmin ta’ reliġjon estrem, hu kontra l-Għarab kif ukoll il-partit ta’ kontra l-persuni omosesswali. Dan hu l-istess partit li jinsisti li Iżreal għandu jitmexxa minn liġijiet influwenzati ferm mir-reliġjon Lhudija.

Il-Prim Ministru Yari Lapid li se jkun qiegħed jitlaq mill-kariga ddeskriva dan il-ftehim bejn iż-żewġ pertit bħala “xi ħaġa ta’ ġenn kbir.”

Min-naħa tagħhom il-mexxejja Palestinjani wissew li se jkun hemm problemi kbar minħabba “gvern faxxista”.

Maoz li issa se jkollu poteri kbar fil-Gvern kien iddeskriva lill-persuni LGBT bħala theddida għal familja filwaqt li kien sostna li bih fil-poter l-ebda gay pride ma tista’ ssir. Fl-2019 kien mexxa kampanja bl-isem ta’ “Iżreal jagħżel li jkun normali”.

Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru elett Netanyahu għalkemm waqt li kienu għaddejjin in-negozjati biex jifforma Gvern ġdid ftit li xejn ta kummenti qal li m’għandux ikun hemm tħassib li l-Gvern ikun estremist. Hu kien sostna li ċ-ċittadini vvotaw biex ikollhom is-sigurtà u anke Gvern tal-Lemin.

Ekonomija

Sport