Saturday, November 14, 2026
Home Sport Partita ta’ ħbiberija: Il-Ġappun jegħlbu lill-Brażil 3-2 b’remonta spettakolari

Partita ta’ ħbiberija: Il-Ġappun jegħlbu lill-Brażil 3-2 b’remonta spettakolari

0
27

Il-Ġappun kisbu rebħa storika ta’ 3-2 kontra l-Brażil f’logħba ta’ ħbiberija internazzjonali, wara li rnexxielhom jdawru telfa ta’ żewġ goals f’rebħa spettakolari.

Il-Brażil marru fil-vantaġġ permezz ta’ Paulo Henrique fis-26 minuta, qabel Gabriel Martinelli rdoppja sitt minuti wara biex l-ewwel taqsima ntemmet 2-0.

Madankollu, il-Ġappun wettqu reazzjoni impressjonanti fit-tieni taqsima. Takumi Minamino naqqas id-distakk fit-52 minuta, filwaqt li Keito Nakamura kiseb id-draw għaxar minuti wara.

Il-gowl tar-rebħa wasal fil-71 minuta meta Ayase Ueda skorja permezz ta’ daqqa ta’ ras minn corner ta’ Junya Ito.

B’hekk, il-Ġappun irreġistraw l-ewwel rebħa tagħhom kontra l-Brażil fl-istorja, wara 14-il konfront bejn iż-żewġ nazzjonijiet.

Soccer Football – Mizuho Blue Challenge – Japan v Brazil – National Stadium, Kallang, Singapore – November 14, 2026 Brazil’s Raphinha in action with Japan’s Hiroki Ito REUTERS/Jeremy Lee

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here