Friday, July 19, 2024

Partitarji jitolbu bidla rigward il-karti sofor waqt il-Euro 2024

Aqra wkoll

Il-partitarji qed jitolbu bidla fir-regoli wara li ġie argumentat il-każ li ħaġa waħda se teqred is-semi-finali tal-Euro 2024.

Nhar il-Ġimgħa u s-Sibt, erba’ timijiet ibbukkjaw posthom fis-semi-finali ta’ dan it-tournament u li huma meqjusa li se jkunu żewġ konfronti klassiċi.

Prorpju llum, Spanja u Franza se jilagħbu fi Munich, bl-Ispanjoli huma l-favoriti mal-bookmakers li jgħollu t-tazza. Imbagħad għada, l-Ingilterra jaffrontaw lill-Olanda, f’Dortmund.  

It-team immexxi mill-coach, Gareth Southgate, naqas milli jimpressjona fil-Ġermanja, iżda s-Sibt wera reżiljenza billi għeleb lill-Isvizzera 5-3 bl-għoti tal-penalties wara draw ta’ 1-1. 

L-Ingilterra skorjaw il-ħames penalties tagħhom filwaqt li Jordan Pickford salva wieħed, qabel ma l-Olanda għelbu lit-Turkija 2-1 biex stabbilixxew il-konfront tas-semi-finali.

Mil-lat dixxiplinarju, l-Ingilterra għamlet tajjeb li evitat li tiġi murija karti sofor li kienu jeskludu players ewlenin mis-semi-finali.

B’differenza minn tournaments preċedenti, il-karti sofor ma jitneħħewx qabel is-semi-finali, li jfisser li żewġ karti sofor f’żewġ logħbiet separati jirriżultaw f’sospensjoni ta’ partita waħda.

Fid-direzzjoni tal-kwarti tal-finali, Jude Bellingham, Phil Foden, Kobbie Mainoo u Kieran Trippier kienu kol­lha karta safra ‘l bogħod minn sospensjoni.

Fortunatament ħadd minnhom ma ġie ammonit mir-re­feree Taljan, Daniele Orsato, b’Harry Kane jkun l-uniku player tat-Three Lions li ġie muri l-karta safra.

Bellingham ingħata sospensjoni ta’ partita sospiża wara l-ġest li għamel wara li skorja kontra s-Slovakkja fir-round tal-Aħħar 16.

Madankollu, is-semi-finalisti l-oħra, Spanja, ma kinux daqshekk ixxurtjati. Luis de la Fuente mhux se jkun jista’ jinkludi lil Alvaro Morata, Robin Le Normand u Dani Carvajal għall-konfront tagħhom ma’ Franza minħabba sospensjoni.

Issa l-partitarji qed jitolbu biex tinbidel ir-regola ħarxa tas-sospensjoni.

“Żewġ karti sofor f’ħames logħbiet m’għandhomx jikkostitwixxu sospensjoni. Hija xi ħaġa stupida,” kiteb partitarju fuq X.

Ieħor ikkummenta: “Il-players m’għandhomx jitilfu s-semi finali għax intwerew żewġ karti sofor f’perjodu relattivament qasir, f’tournament maġġuri. Regola ridikola.”

It-tielet partitarju kiteb i rrabjat: “Din ir-regola tal-karti sofor hija stupida.”

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport