Saturday, May 18, 2024

Partitarji ta’ Juventus diżappuntanti bl-istrateġija tal-klabb

Aqra wkoll

Hekk kif Lazio ħarġuha uffiċjali li akkwistaw is-servizzi tal-plejer żagħżugħ Nicolo Rovella mingħand Juventus, bosta partitarji Bianconeri ħaduha qatta’ bla ħabel kontra l-klabb minħabba din il-mossa.

Ħafna qalu li d-diriġenti tal-klabb ma jafux x’inhuma jagħmlu aktar u aktar meta qed ibiegħu żgħażagħ promettenti u jżommu plejers li skont huma jidhru skaduti.

Fl-istess waqt, il-partitarji ta’ Juventus qed jgħidu li minkejja l-akkwist ta’ Cristiano Giuntoli bħala direttur sportiv tal-klabb, donnu xejn ma nbidel u l-mentalita’ baqgħet waħda staġnata aktar milli dinamika.

Sport