Friday, May 3, 2024

Tissokta “l-gwerra” bejn Juventus u Bonucci

Aqra wkoll

Ħafna qegħdin jgħidu li hija “gwerra żejda” dik li għadejja bħalissa bejn id-difensur Taljan Leonardo Bonucci u Juventus.

Ftit tas-sigħat ilu tkellem il-President tal-Associazione Italiani Calciatori Umberto Calcagna li kellu kliem ferm iebes kontra d-diriġenza ta’ Juventus. Hu qed jgħid li l-plejer qed jirċievi trattament xejn sabiħ mit-tim li ta qalbu għalih għal numru ta’ snin. Kompla jgħid li ġaladarba l-plejer għandu kuntratt, il-klabb ma jistax jaqtgħu barra għal kollox.

Pront waslet ir-risposta ta’ Juventus li qed jgħidu li huma mxew kif suppost ma’ Bonucci li qed jakkużawh li qed ikabbarha wisq.

Sport