Friday, May 3, 2024

Milan jaraw żewġ difensuri ċentrali

Aqra wkoll

Wara li AC Milan lagħbu xi logħbiet ta’ ħbiberija qabel il-bidu tal-istaġun li se jibda fi tmiem il-ġimgħa li ġejja, il-kowċ Stefano Pioli ħa idea tat-tim u beda jara l-metodu tattiku tiegħu kif inhu għaddej.

Pioli nnota li għandu bżonn difensur ċentrali u avża lid-diriġenti tiegħu biex imorru għal wieħed minn żewġ ismijiet li ssuġġerixxa.

Fil-fatt bħalissa d-diriġenti Rossoneri qed jevalwaw il-profili ta’ Marco Pellegrino li jilgħab ma’ Platense u Konstantinos Koulierakis ta’ PAOK.

Iż-żewġ plejers bejn wieħed u ieħor jiswew €9 miljun u għalhekk hu prezz li Milan jaffordjaw. Fil-jiem li ġejjin, it-tim minn Milan se jkollu idea lil min se jakkwista minnhom.

Sport