Monday, May 13, 2024

Ta l-flus li qala’ f’għeluq sninu f’donazzjoni lil Puttinu

Aqra wkoll

Tifel Għawdxi li ċċelebbra għeluq sninu fl-aħħar jiem iddeċieda li għal dan il-jum speċjali għalih jagħmel ġabra b’risq Puttinu Cares.

Fil-fatt, huwa talab lil dawk kollha li kienu beħsiebhom jagħtuh xi rigali għal għeluq sninu biex minflok jagħtu xi ħaġa tal-flus u b’hekk ikun jista’ jippreżentaha bħala donazzjoni lil Puttinu.

Huwa rnexxielu jiġbor €700, liema somma ġiet ippreżentata lil Carmel Camilleri li jmexxi l-għaqda ta’ Puttinu Cares f’Għawdex.

Min-naħa tagħhom Puttinu rringrazzjaw lil dan it-tfajjel tal-ġest nobbli tiegħu fejn ftakar fi tfal li huma fil-bżonn, fost l-oħrajn biex jagħmlu operazzjonijiet barra minn Malta.

Sport