Monday, May 13, 2024

Tista’ terġa’ taqbad tgħum f’din iż-żona ta’ Birżebbuġa

Aqra wkoll

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq javża li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul dawn l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawm A11 f’Birżebbuġa hija mill-ġdid tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż biex ma jsirx għawm f’din iż-żona qed jiġi rtirat.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon, 2133 7333, bejn it-8:00 a.m. u s-2:30 p.m., jew jibgħat e-mail fuq [email protected].

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.

Sport