Pass importanti għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

Aqra wkoll

Dan l-aħħar, il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta kellha l-unur tilqa’ lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà, Glenn Bedingfield, waqt l-ewwel żjara uffiċjali tiegħu fid-Dipartiment.

Din iż-żjara mmarkat pass importanti ħafna, hekk kif kull membru tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili issa kiseb iċ-ċertifikazzjoni NFPA 1001 – standard rikonoxxut internazzjonalment li jirrifletti l-ogħla livelli ta’ taħriġ, kompetenza u sigurtà operazzjonali għall-pumpiera.

Dan is-suċċess huwa r-riżultat ta’ snin ta’ investiment kontinwu fil-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, fit-taħriġ, fit-tagħmir u fil-kapaċitajiet operazzjonali. Dan isaħħaħ l-impenn biex dawn ikomplu jipprovdu l-ogħla standard ta’ rispons għall-emerġenzi lill-poplu Malti.

Waqt iż-żjara, il-Ministru Bedingfield ltaqa’ mal-pumpiera u ma’ membri oħra tad-Dipartiment u esprima l-apprezzament għad-dedikazzjoni u l-professjonaliżmu tagħhom, partikolarment wara perjodu impenjattiv ta’ operazzjonijiet għal bosta inċidenti madwar il-Gżejjer Maltin.

Il-kisba taċ-ċertifikazzjoni sħiħa NFPA 1001 mid-Dipartiment kollu kemm hu hija kisba sinifikanti li tirrifletti l-professjonaliżmu, l-impenn u l-ħidma iebsa ta’ kull membru tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport