Thursday, October 10, 2024

Passiġġier jinqabad b’aktar minn €11,000 mhux dikjarati

Aqra wkoll

Waqt ‘screening’ ta’ rutina fuq il-passiġġieri mit-Tim ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus fis-sala tat-tluq fl-ajruport, passiġġier partikolari twaqqaf biex issirlu tfittxija.

Il-passiġġier, li kien se jivvjaġġa lejn Istanbul, iddikjara li huwa kien qiegħed iġorr €9,000.

L-uffiċjali tad-Dwana ma kinux konvinti bit-tweġiba tiegħu u l-passiġġier kien skortat fl-uffiċċju tad-Dwana għal aktar tfittxijiet fejn fil-bagalja tiegħu nstab li kien hemm €11,140.

Il-passiġġier kien ordnat iħallas multa skont il-liġi u dan wara li ntlaħaq ftehim barra l-Qorti.

Sport