Thursday, October 10, 2024

Jitwaqqfu l-viżitaturi fl-Isptar Monte Carmeli

Aqra wkoll

L-Amministrazzjoni tal-Isptar Monte Carmeli tixtieq tavża lill-pubbliku li qed jittieħdu l-passi preventivi kollha sabiex tiġi assigurata s-sigurtà għar-residenti f’dan l-isptar.


Għaldaqstant ittieħdet id-deċiżjoni li b’mod immedjat jitwaqqfu l-viżitaturi f’dan l-isptar.

B’rabta mas-seba’ pazjenti li nstabu pożittivi bil-Covid-19 fl-aħħar sigħat, l-Isptar Monte Carmeli javża li l-kundizzjoni tagħhom hija waħda stabbli u li qed jinżammu f’iżolament f’Monte Carmeli stess. Il-kumplament tal-pazjenti tas-sala San Ġorġ Preca  jinsabu fi kwarantina.

L-istaff li kien xogħol f’din is-sala wkoll tpoġġa fi kwarantina, u s-sitwazzjoni tagħhom se tibqa’ tkun osservata matul il-ġranet li ġejjin.

Sport