Saturday, April 27, 2024

Passiġġiera fl-Ajruport tinqabad b’5.6 Kilogrammi Kannabis

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Dwana interċettat total ta’ 5.6kg ta’ kannabis fuq passiġġiera li kienet waslet fl-Ajruport ta’ Malta minn titjira minn Spanja.

Waqt l-iskrinjar tal-passiġġieri, passiġġiera Spanjola, li qajmet suspett, ġiet magħżula minn Uffiċjal tad-Dwana għal x-ray screening.

B’dan l-iskrinjar irriżultaw irregolaritajiet li wasslu għal tfittxija sussegwenti kemm fuq il-passiġġiera kif ukoll fil-basktijiet tagħha. Dawn l-irregolaritajiet irriżultaw li kienu boroż b’sustanza ħadra ġo fihom, li wara li għaddiet minn testijiet ulterjuri irriżultat li kienet kannabis. Il-passiġġiera ġiet arrestata mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u mistennija titressaq il-qorti.

Sport