Wednesday, July 24, 2024

Patrick Kluivert joffri s-servizzi tiegħu ta’ kowċ lil Ajax

Aqra wkoll

Diversi ġurnali Olandiżi qed jispekulaw dwar min se jkun il-kowċ il-ġdid ta’ Ajax Amsterdam hekk kif l-ogħla awtoritajiet tal-klabb mhux se jikkonfermaw lil John Van’t Schip fit-tmexxija.

Fi żvilupp ieħor, l-eks plejer u attakkant Olandiż Patrick Kluivert offra li jmexxi lil dan il-klabb li hu jqisu bħala wieħed glorjuż apparti li tah iċ-ċans jiżviluppa l-karriera tiegħu ta’ plejer.

Hu lest li jmexxi lil dan il-klabb għax jixtieq jarah jimxi aktar ‘il quddiem wara l-perjodu ferm negattiv li għadda minnu.

Kluivert mexxa l-aħħar lil Adana Demirspor fit-Turkija.

Ekonomija

Sport