Patrick Schick qed ikollu staġun eċċezzjonali ma’ Bayer Leverkusen li resqin lejn ir-rebħ tal-kampjonat Ġermaniż wara nuqqas ta’ snin. Hu ngħaqad ma’ dan it-tim fl-2020 fejn minn 14-il partita hu skorja ħames gowls filwaqt li kkontribwixxa għal sitt assists lejn sħabu.
Il-kowċ ta’ Bayer Leverkusen Xabi Alonso jinsab ferm kuntent b’dan il-plejer Ċek li reġa’ sab il-forma tiegħu wara perjodu xi ftit diżappuntanti.
Schick għandu 28 sena lagħab ukoll ma’ Roma, Sampdoria, AC Milan u RB Leipzig.