Friday, July 24, 2026
Home Sport Paulo Dybala bejn Chelsea u l-Arabja Sawdija?

Paulo Dybala bejn Chelsea u l-Arabja Sawdija?

0
370

Klabbs mill-Arabja Sawdija u anke dak Ingliż ta’ Chelsea qed jinteressaw ruħhom li jiksbu s-servizzi tal-midfielder offensiv ta’ Roma Paulo Dybala. Dan il-plejer is-sena l-oħra ffirma kuntratt ta’ tliet snin ma’ AS Roma u fl-istaġun li għadda kien protagonista b’diversi wirjiet tajbin.

Dybala għandu klawsola ta’ €12-il miljun fil-kuntratt ġaladarba klabb barrani jixtieq jikseb is-servizzi tiegħu.

Minkejja li l-Arġentin ta x’jifhem li jista’ jibqa’ fi Stadio Olimpico, xorta kollox jista’ jinbidel speċjalment jekk jidħlu s-Sawditi għalih.