L-attakkant internazzjonali Arġentin Paulo Dybala qed ikompli l-proċess ta’ rijabilitazzjoni sabiex jirkupra mill-injury li kellu ftit tal-jiem ilu.
L-eks plejer ta’ Palermo u Juventus qed jittama li jkun fl-iskwadra Giallorossa għall-konfront ferm importanti li għandhom fil-finali tal-UEFA Europa League kontra Seville nhar l-Erbgħa li ġej.
Minn kemm ilu li ngħaqad ma’ Roma, Dybala lagħab 24 partita u skorja 11-il gowl.