L-attakkant Paulo Dybala informa lill-federazzjoni tal-futbol Arġentina li ma jistax jingħaqad magħhom għall-partiti li għandhom kontra El Salvador u Kosta Rika.
Fil-fatt, l-eks plejer ta’ Palermo u Juventus li llum il-ġurnata għandu 30 sena jrid jibqa’ barra mil-logħob għal għaxart ijiem minħabba injury ħafifa li għandu. Hu għalhekk se jibqa’ fi Trigoria sabiex ikun tajjeb għall-aħħar parti tal-istaġun.
Dybala s’issa lagħab 45 partita ma’ Roma u skorja 24 gowl.