Wednesday, April 24, 2024

Pep Guardiola se jġedded jew le ma’ Man City?

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Manchester City Pep Guardiola kien qed jitkellem waqt konferenza stampa lejliet il-logħba tal-lum mill-kampjonat Premier Ingliż kontra Brentford. Il-ġurnalisti saqsewh diversi mistoqsijiet fosthom dwar il-futur tiegħu mal-klabb.

Fil-fatt mhu sigriet li l-kowċ Spanjol jiskadilu l-kuntratt tiegħu fl-Etihad Stadium f’Ġunju li ġej. Mistoqsi jekk hux se jġedded dan il-ftehim, Guardiola ma weġibx għal din id-domanda anzi qal li qed jiffoka kollox għal-logħba kontra Brentford.

Guardiola ilu fit-tmexxija ta’ The Citizens sa mis-sena 2016 fejn rebaħ erba’ darbiet il-kampjonat Ingliż, darba l-FA Cup, erba’ darbiet l-EFL Cup u darbtejn il-Community Shield.

Sport