Friday, May 3, 2024

Permess limitat biex jinħaraq xogħol pirotekniku fil-jiem tal-festa tal-lokal

Aqra wkoll

Ritratt: ALAN SALIBA

Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħabbar li se jingħata permess limitat biex jinħaraq xogħol pirotekniku fil-jiem li normalment tkun iċċelebrata l-festa tal-lokal.

Hu qal li l-ħsieb wara din id-deċiżjoni hu mnebbaħ minn diversi aspetti, primarjament is-sigurtà u l-ħażna fil-kmamar tan-nar. Dan fid-dawl li l-maġġoranza tal-kmamar tan-nar kienu avvanzaw sew fix-xogħol pirotekniku meta ttieħdet id-deċiżjoni li din is-sena ma jsirux il-festi esterni mill-awtoritajiet tal-Knisja.

Il-pulizija se tkun qed tagħti permessi għal ħruq tan-nar f’dawn il-ġranet u l-ħinijiet.

•          Lejliet u nhar il-festa filgħodu u f’nofsinhar.

•          Lejliet il-festa fil-ħin ta’ tranżulazzjoni (għall-ħabta tas-6pm)

•          F’nhar il-festa jingħata permess limitat għal ħarqa ta’ siegħa filgħaxija

•          Mhux se jingħata permess għall-ebda logħob tan-nar tal-art u lanqas għal displays.

Dan kollu għandu jsir b’rispett lejn l-Avviżi Legali maħruġa biex ikun miġġieled it-tixrid tal-COVID-19 u mhu se jkun ittolerat ebda ksur ta’ liġi. 

Intant, ladarba l-kmamar tan-nar se jkunu qed jaħarqu ferm inqas nar minn dak li jkunu ħadmu għalih, se tkun limitata l-kwota ta’ oxidizer li dawn l-għaqdiet tan-nar jieħdu għas-sena d-dieħla.

Dawn id-deċiżjonijiet kienu meħuda mal-istakeholders involuti u wara konsultazzjoni ma’ esperti fis-suġġetti relatati.

Il-Ministeru javża bil-quddiem li qed jirriserva d-dritt li jibdel l-pożizzjoni tiegħu skont iċ-ċirkostanzi.

Sport