Thursday, May 9, 2024

In-numru ta’ persuni fl-Afrika infettati bil-Covid-19 iqarreb il-50,000

Aqra wkoll

It-total tal-każi ta’ coronavirus fil-kontinent Afrikan qed iqarreb il-50,000. Dan wara li statistika maħruġa llum miċ-Ċentru Afrikan għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard turi li l-każi laħħqu l-49,352.

Skont din l-iktar statistika riċenti, fl-Afrika l-Covid-19 ħalla 1,959 vittma, b’16,315 persuna jirkupraw mill-marda.

Il-pajjiżi fit-Tramuntana tal-Afrika għadhom l-aktar pajjiżi milqutin mill-pandemija tal-coronavirus bi 18,500 każ jiġu reġistrati. L-inqas każi reġistrati huma fiċ-Ċentru tal-Afrika b’4,600 każ.

F’termini ta’ fatalitajiet l-ogħla numru ta’ każi wkoll kienu reġistrati fit-Tramuntana tal-Afrika, b’1,100 każ ta’ fatalità, b’490 każ reġistrati fl-Alġerija, u 181 fatalità oħra reġistrati fil-Marokk.

Sport