Tuesday, February 18, 2025

“Permezz tal-Pet Memorial sidien tal-annimali se jkollhom post fejn ifakkru l-pets tagħhom”- Il-Ministru Anton Refalo 

Aqra wkoll

L-iskop tal-Pet Memorial hu li s-sidien tal-annimali jkollhom post fejn ifakkru l-pets tagħhom li jkunu mietu, filwaqt li jġeddu l-memorji tagħhom u għaldaqstant ma jistgħux jindifnu annimali fih.

Dan iddikjarah il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo fil-Parlament meta kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari illi saritlu mid-Deputata Nazzjonalista Janice Chetchuti. 

Il-Ministru Refalo spjega lil-iskop oriġinali minn dejjem kien li ma jinfidnux annimali fil-Pet Memorial, imma li tali post iservi biss bħala mafkar cioe’ li joffri spazju għall-kwiet għal dawk li tilfu l-pets tagħhom. 

Tenna li f’dan il-ġnien is-sidien tal-annimali ser jkollhom ukoll l-opportunita’ li jħallu tifkira bid-dettalji tal-annimali li jkunu tilfu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport