Sunday, February 23, 2025

Persuna mejta u tlett uffiċjali tal-Pulizija jweġġgħu f’attakk b’sikkina fi Franza

Aqra wkoll

Persuna nqatlet filwaqt li tlett uffiċjali tal-Pulizija sfaw midrubin hekk kif fil-belt ta’ Mulhouse fi Franza kien hemm attakk b’sikkina.

Il-Pulizija qalu li l-persuna li wettaq dan l-attakk hu suspettat li hu raġel ta’ 37 sena mill-Algerija. L-awtoritajiet fetħu investigazzjoni dwar attakk terrorisitku minħabba li waqt li beda jagħti bl-addoċċ bis-sikkina r-raġel beda jgħajat “Allahu Akbar”.

Ir-raġel weġġa’ serjament żewġ uffiċjali tal-pulizija hekk kif tahom daqqa ta’ sikkina lil wieħed f’għonqu u l-ieħor f’sidru. Il-mejjet hu anzjan ta’ 69 sena mill-Protugall li hekk kif ra lir-raġel iwettaq l-attakk mar biex iwaqqfu bil-konsegwenza li nqatel.

Skont informazzjoni li ħarġet fil-midja internazzjonali, ir-raġel li wettaq l-attakk kien qiegħed fuq ordni biex jitkeċċa minn Franza hekk kif kien fuq il-lista ta’ persuni suspettati li huma terroristi.

Il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li bla dubju dan hu attakk terroristiku mwettaq minn persuna Islamika. Macron filwaqt li offra l-kondoljanzi lill-familja tal-vittma qal li l-Gvern tiegħu se jibqa’ determinat biex ikompli bil-ħidma tiegħu biex it-terroristi kollha li hemm fi Franza jitkeċċew mill-aktar fiss.

L-attakk seħħ għall-ħabta tal-4.00pm tas-Sibt, f’suq mimli nies f’Mulhouse liema villaġġ jinsab mal-fruniera mal-Ġermanja u l-Iżvizzera.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport