Friday, May 8, 2026

Persuni arrestati b’rabta mat-traffikar tad-droga fil-Marsa

Aqra wkoll

Wara jiem ta’ sorveljanza u investigazzjonijiet fuq residenza fit-Telgħa ta’ Spencer, fil-Marsa, b’rabta ma’ allegat traffikar tad-droga, nhar l-Erbgħa filgħaxija l-Pulizija wettqet rejd fuq limsemmija residenza.

Fuq il-post ġie arrestat raġel ta’ 40 sena li jirrisjedi fl-imsemmija residenza, flimkien ma’ raġel ieħor ta’ 46 residenti l-Isla u mara ta’ 56 sena residenti r-Rabat
Malta.

Waqt it-tfittxijiet li saru fir-residenza, il-Pulizija sabu sustanzi suspettati li huma kokaina u eroina, flimkien ma’ diversi oġġetti marbuta mat-traffikar tad-droga, madwar €700 fi flus kontanti u oġġetti oħra ta’ valur.

Fl-istess waqt, il-Pulizija interċettat vettura fi Triq Ninu Cremona, f’Raħal Ġdid, wara li x-xufier tagħha, raġel ta’ 32 sena Raħal Ġdid, kien iżjed qabel ġie osservat ħiereġ mill-istess residenza tal-Marsa.

Minn tfittxija li saret fil-vettura nstabu madwar 25 qartas b’sustanza suspettata
kokaina, flimkien ma’ ammont ta’ siringi wżati. L-investigazzjojinijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin, filwaqt li tnejn mill-arrestati mistennija jitressqu l-Qorti dalgħodu għall-ħabta tal-10:00 a.m., quddiem il-Maġistrat Dr Nadine
Lia LLD.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport