Wednesday, July 24, 2024

Phil Foden viċin li jġedded ma’ Manchester City

Aqra wkoll

Il-midfielder internazzjonali Ingliż, Phil Foden, qed ikun fundamentali għal Manchester City matul dan l-istaġun bil-ġurnalisti Ingliżi li sostnew li hu l-aħjar plejer għal dan l-istaġun. Fil-fatt hu lagħab 41 partita kompetittiva, skorja 18-il gowl u wettaq 10 assists.

Sadanittant, Manchester City huma lesti li jġeddulu l-kuntratt filwaqt li jżidulu s-salarju tiegħu. Hu għandu 24 sena u mistenni jieħu madwar €230, 000 kull ġimgħa fis-salarju tiegħu.

Ekonomija

Sport