Wednesday, October 21, 2026
Home Sport Philippa Busuttil tirrappreżenta lill-pajjiżna fl-54 edizzjoni tal-Kampjonati tad-Dinja f’Rotterdam, l-Olanda

Philippa Busuttil tirrappreżenta lill-pajjiżna fl-54 edizzjoni tal-Kampjonati tad-Dinja f’Rotterdam, l-Olanda

0
47

Il-ġinnasta artistika Maltija Philippa Busuttil irrappreżentat lill-pajjiżna bi kburija fl-54 edizzjoni tal-Kampjonati tad-Dinja f’Rotterdam, l-Olanda, fejn tat prestazzjoni ferm pożittiva fuq il-‘balance beam’.

Hija kkompetiet ma’ wħud mill-aqwa ġinnasti fid-dinja u kisbet esperjenza siewja fix-xena internazzjonali, hekk kif qasmet il-pjattaforma tal-kompetizzjoni ma’ champions ta’ livell dinji f’wieħed mill-aktar avvenimenti prestiġjużi f’dan l-isport.

Il-ġinnasta Maltija wettqet eżerċizzju impressjonanti fuq il-‘balance beam’, u kisbet punteġġ ta’ 12.200 punt.

Il-Federazzjoni tal-Ġinnastika ta’ Malta ddeskriviet dan l-avveniment bħala mument ta’ kburija għall-ġinnastika Maltija, filwaqt li enfasizzat l-importanza tal-parteċipazzjoni ta’ Busuttil f’kompetizzjoni ta’ livell tant għoli.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here