Tuesday, May 14, 2024

Piano recital minn waħda mill-iżgħar mużiċisti lokali – Bernice Sammut Attard

Aqra wkoll

Nhar is-Sibt 4 ta’ Ġunju 2022 fis-7.30 p.m., Dar il-Mediterran għall-Konferenzi se jkun qed jippreżenta piano recital miż-żagħżugħa ta’ 22 sena, Bernice Sammut Attard – li hija wkoll waħda mill-aqwa mużiċisti lokali. Il-programm se jkun jikkonsisti f’xogħlijiet ta’ Bach, Bartok, Wagner/Liszt aund Chopin.

Bernice Sammut Attard hija pjanista u vjolinista Maltija li qiegħda fir-raba’ u l-aħħar sena tal-Bachelor of Music degree ġewwa r-Royal Conservatoire tal-Iskozja ġewwa Glasgow.  Hija tistudja l-pjanu mal-Professuri Fali Pavri u Petras Geniušas. Ruth Hahn hija l-għalliema tagħha tal-vjolin. 

Fil-bidu ta’ din is-sena, Bernice daqqet Rachmaninoff’s 2nd Piano Concerto mal-professur tagħha Petras Geniušas. Mill-konservatorju tagħha għal din is-sena se jkun qed jinkludiha ddoqq Dvorak Piano Quintet, li huwa solo piano recital f’Ġunju li ġej, kif ukoll se tieħu sehem bħala waħda minn piano duo waqt il-Piano Festival.

Bernice Sammut Attard piano recital se jkun qed jittella’ ġewwa s-sala La Valletta, f’Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi, fil-Belt Valletta. It-tul tal-piano recital huwa 60 minuta u l-biljetti jixtraw għall-prezz ta’ €10 biss. Tfal taħt it-12-il sena jidħlu b’xejn. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel fuq 2559 5750 jew iżur is-sit www.showshappening.com 

Sport