Tuesday, May 14, 2024

Pieni ta’ mewt għal partitarji tat-Tazza tad-Dinja

Aqra wkoll

Partitarji li f’Novembru li ġej se jmorru l-Qatar biex jagħtu l-appoġġ lit-team nazzjonali tagħhom, jistgħu jingħataw il-mewt jekk jinqabdu fil-pussess tad-droga.

Il-liġijiet kontra d-droga huma ferm ħorox f’dan il-pajjiż u diġà nħarġet twissija li mhu se juri l-ebda ħniena mal-partitarji barranin minħabba li l-liġijiet iridu jiġu osservati.

Osservatur li kien dejjem preżenti fil-Euro 2020 fisser kif l-użu tad-droga li kienet tiġi kkunsmata waqt dan it-tournament mill-partitarji kienet twassal biex dawn jispiċċaw iġibu ruħhom ħażin.

Partitarji li ma jġibux ruħhom skont kif mitlub se jkunu arrestati kif ukoll mibgħuta l-ħabs minħabba offiżi li jistgħu jikkommettu fil-Qatar.

Sport