Pierre-Emerick Aubameyang jinsab fuq ir-radar ta’ ħames clubs differenti fost spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu ma’ Arsenal.
Il-player ta’ 32 sena naqas milli jilħaq l-forma tas-soltu tiegħu matul l-aħħar 12-il xahar u tilef opportunitajiet kbar kontra Newcastle United u Manchester United fl-aħħar jiem.
Aubameyang jibqa’ kkuntrattat mal-Gunners sal-2023 wara li estenda l-ftehim tiegħu fis-sajf li għadda, iżda jkompli jkun marbut ma’ tluq mill-club fost in-nuqqas ta’ goals tiegħu.
Real Madrid, Barcelona, Atletico Madrid, Inter Milan u AC Milan huma kollha lesti biex jidħlu fit-taqtiegħa għall-firma ta’ Aubameyang fl-2022.
Huwa mifhum li l-jiem ta’ Aubameyang ma’ Arsenal huma ‘magħduda’, u tluq f’ Jannar jista’ jkun fuq il-karti hekk kif Arsenal jimmiraw li jiġbru somma mdaqqsa għall-attakkant.
Aubameyang skorja 92 goal f’162 logħba għall-Gunners fil-kompetizzjonijiet kollha iżda issa naqas milli jiskurja f’ħames logħbiet kosnekuutivi fil-Premier League.