Jidher li s’issa m’hemmx ftehim konkret sabiex il-goalkeeper ta’ Fiorentina, Pietro Terracciano iġedded il-kuntratt tiegħu mal-club minn Firenze.
Fil-fatt Terracciano, li jiskadilu l-kuntratt fit-30 ta’ Ġunju li ġej, qed jitlob miljun ewro iktar kull staġun, xi ħaġa li d-diriġenti Viola ma tantx qed jaqblu magħha.
Sadanittant, AC Milan qegħdin attenti għal kull ma jista’ jinqala’ hekk kif jistgħu jippruvaw jakkwistawh eżatt kif jintemm dan l-istaġun.