Tuesday, April 30, 2024

Florida tipprepara għall-qilla tal-Uragan Ian

Aqra wkoll

Il-gvernatur ta’ Florida wissa lill-poplu biex ikun ippreparat għal “diżastru maġġuri” hekk kif l-Uragan Iran – ta’ kategorija tnejn – qiegħed ikompli jissaħħaħ fil-Karibew. 

Fis-sigħat li għaddew, riħ qawwi beda jolqot lin-Nofsinhar tal-Kuba hekk kif Ian kompla riesaq dejjem iktar lejn Florida. Dan l-Uragan mistenni li jolqot il-kosta tal-Punent ta’ Florida matul il-jum tal-lum. “It-triq” li se jieħu dan l-urgan għadha mhix magħrufa u għalhekk bħala prekawzjoni l-Gvernatur Ron DeSantis wissa lill-istat kollu biex ikun ippreparat għal kull eventwalità.

Fid-dawl ta’ dawn it-twissijiet, għadd ta’ residenti bdew jaħżnu provvisti tal-ikel, ilma, mediċini u fjuwil u dan hekk kif diversi partijiet ta’ dan l-istat ilhom deċennji sħaħ ma jesperjenzaw uragan ta’ din is-saħħa.

Intant, ġewwa l-Karibew l-Uragan Ian ukoll qiegħed juri snienu hekk kif f’Kuba, fil-Ġamajka u fil-Gżejjer Cayman niżlet madwar 25 ċentimetru ta’ xita. Il-Karibew għadu qiegħed jirkupra mill-effetti li ħalla l-Uragan Fiona li laqat lil din iż-żona l-ġimgħa li għaddiet.

Sport