56 Punt minn Piotr Stelmach fir-rebħa ta’ 139-118 ta’ Valletta fuq Tigers, li kien jinkludi 7 three-pointers kienu wieħed mill-fatturi li rebbħu l-unur tal-BOV Basketball Plejer tax-Xahar għal-Diċembru 2024. Stelmach, il-point guard Pollakk ta’ Valletta Basketball, fil-karriera tiegħu rebaħ il-Kampjonat u t-Tazza Pollakka fl-ogħla diviżjoni, kellu medja ta’ 28.80 punt kull logħba fil-5 logħbiet ta’ Valletta matul ix-xahar. Stelmach, lagħab medja ta’ 38.56 minuta kull logħba matul Diċembru u għandu wkoll medja ta’ 10.75 rebounds kull logħba dan l-istaġun.
Kennedi Williams ta’ Athleta rebħet l-unur għall-kampjonat tan-Nisa. Ix-Shooting guard ta’ 5’8” minn Douglasville, Georgia kien l-ogħla skorer fil-kampjonat tan-nisa f’Diċembru b’71 punt minn 3 logħbiet (23.67ppg) b’medja impressjonanti ta’ 82% mil-linja tal-free-throws. Williams irreġistrat l-akbar numru ta’ steals kull logħba dan l-istaġun, b’medja ta’ 5.22 kif ukoll 4.44 assists kull logħba.
Alessio Trapani rebaħ l-unur individwali għall-BOV Amateur League. Ix-shooting guard Malti ta’ 5’8” kien ukoll l-aqwa skorer fil-kategorija tiegħu, bi 58 punt minn 3 logħbiet, , inklużi 11-il xutt mid-distanza, filwaqt li kellu medja ta’ 33.51 minuta fil-court f’kull logħba.
Ir-rebbieħa ġew ippreżentati bi trofew iddisinjat għal dan il-għan minn Ernest Agius, Chief Operations Officer fi ħdan il-Bank of Valletta.
L-impenn tal-Bank of Valletta lejn il-Komunità Maltija huwa xhieda tal-impenn lejn l-isports bi storja twila tiegħu ta’ appoġġ lejn l-isports. Dawn jirriflettu l-prinċipji tal-Bank lejn l-integrità, l-eċċellenza fil-qasam qasam tiegħu u kultura rebbieħa.