Thursday, July 4, 2024

Piotr Zielinski jsellem lil Napoli

Aqra wkoll

Il-midfielder difensiv Pollakk, Piotr Zielinski, mar fuq il-profil soċjali tiegħu fuq Twitter sabiex sellem lil Napoli hekk kif propju jumejn ilu spiċċalu l-kuntratt ma’ dan it-tim min-naħa t’isfel tal-Italja u ma reġax ġie mġedded.

Zielinski qal li hu qatta’ disa’ snin mill-isbaħ mal-Partenopei u sostna li daħal jilgħab magħhom bħala żagħżugħ u ħiereġ minn Stadio Diego Armando Maradona bħala raġel u missier. Hu tkellem dwar il-kampjonat li rebaħ mal-klabb sena ilu eżatt u qal li Napoli se jibqgħu f’qalbu għal dejjem.

Il-plejer ta’ 33 sena se jingħaqad ma’ Inter ftit tal-jiem oħra.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport