Saturday, November 7, 2026
Home Sport Pjattaformi Ċiniżi jirtiraw milli jxandru La Liga wara l-kontroversja ta’ Kylian Mbappe

Pjattaformi Ċiniżi jirtiraw milli jxandru La Liga wara l-kontroversja ta’ Kylian Mbappe

0
40

Il-kontroversja dwar kummenti li għamel Kylian Mbappé fuq imaġini li kien juri lill-eks mexxej Ċiniż, Mao Zedong, qed tqajjem inċertezza dwar ir-relazzjoni ta’ La Liga maċ-Ċina. 

L-attakkant ta’ Real Madrid kien iddeskriva lil Mao bħala dittatur Ċiniż, u dan wassal għal kritika qawwija. Minkejja li Mbappé, Real Madrid u La Liga talbu skuża, l-istazzjon televiżiv CCTV issospenda x-xandiriet tal-kampjonat Spanjol, filwaqt li l-pjattaforma Migu neħħiet partita ta’ Real Madrid mill-iskeda tagħha.

Tliet kumpaniji Ċiniżi temmew ukoll il-ftehimiet ta’ sponsor ma’ Mbappé. Il-President ta’ La Liga, Javier Tebas, qed jagħmel kuntatti mal-awtoritajiet Ċiniżi biex isolvi l-kwistjoni. 

Il-ftehimiet tax-xandir jiswew madwar €10 miljun fis-sena.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here