Friday, December 13, 2024

PL: L-aħħar sigħat reġgħu kienu konferma li Bernard Grech huwa l-wiċċ tal-passat

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista innota li t-tiġdid tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ifisser li flok Kristy Debono jidħol Beppe Fenech Adami.

Dan hekk kif wara laqgħa tal-Kunsill Eżekuttiv tal-PN irriżulta li d-Deputat Beppe Fenech Adami se jkun kandidat fuq id-disa’ distrett, liema distrett kienet tikkontesta Kristy Debono, wara li fl-ewwel jum tal-kampanja hija rtirat il-kandidatura tagħha.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li l-aħħar sigħat reġgħu kienu konferma li Bernard Grech huwa l-wiċċ tal-passat. 

Il-Partit Laburista tenna l-messaġġ tiegħu: “Firdu partit tħallihomx jifirdu pajjiż.”

Ekonomija

Sport