Friday, May 3, 2024

PN fil-gvern ċaħħad missier milli tissemma’ triq għal ibnu li miet ġo skola

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru waqt d-diskors tiegħu fil-mozzjoni ppreżentata mill-Partit Nazzjonalista qal li fl-aħħar sigħat ċempillu missier li numru ta’ snin ilu tilef lil ibnu ġo skola u speċifikament talbu biex isemmi t-trawma li għaddew minnha huma jsemmuha għax ħadd mill-Oppożizzjoni qatt ma semmieha.

“Kulma ried li jsemmu triq għal ibnu, impikaw miegħu u ċaħħduh minnha wkoll”, saħaq il-Prim Ministru Robert Abela filwaqt li elenka każi oħrajn ta’ persuni oħrajn li tilfu ħajjithom f’sistema tad-dranaġġ b’gassijiet kontaminati f’impjant fiċ-Ċirkewwa u ma kinux ingħataw maskla li tipproteġihom mill-gassijiet tossiċi. Kompla biex jgħid li tnejn mit-tliet vittmi damu tliet snin biex ħadu forma ta’ kumpens filwaqt li l-familjari tat-tielet vittma ħadu proċeduri legali.

Rigward l-2004, il-Prim Ministru qal li tmur lil hinn mill-għajta tal-Kap tal-Oppożizzjoni li waqt id-diskussjoni fakkar li kienet is-sena tas-sħubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea. Fakkar li l-istess sena kienet l-iktar sena li fiha seħħew inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol.

Sport