Friday, December 13, 2024

PN: Partit Laburista f’paniku li qed jirrikorri għall-gideb

Aqra wkoll

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Partit Laburista f’paniku għaliex għadu ma rnexxilunx jgħaqqad il-programm elettorali tiegħu qed juża l-arma tal-gideb biex jipprova jirbaħ xi punti politiċi meta qed jgħid li Gvern Nazzjonalista jaqta’ ċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa.

Fi stqarrija, il-PN qal: “Din mhux talli hi gidba talli l-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista b’mod mill-aktar ċar jgħid li Gvern Nazzjonalista jkompli jinċentiva lil min jaħdem, iħallas it-taxxa u jikkontribwixxi fl-ekonomija billi:

  • Min jaqla’ anqas minn €20,000 ser jingħata kreditu ta’ taxxa ta’ 10% fuq l-ammont ta’ taxxa mħallas fissena ta’ qabel.
  • Min jaqla’ bejn €20,000 u €40,000 ser jingħata kreditu ta’ taxxa ta’ 5% fuq l-ammont ta’ taxxa mħallas fissena ta’ qabel.
  • Min jaqla’ bejn €40,001 u €60,000 ser jingħata kreditu ta’ taxxa ta’ 3% fuq l-ammont ta’ taxxa mħallas fis-sena ta’ qabel.
  • Ir-rata tat-taxxa għal min jaqla’ bejn €60,001 u €80,000 ser tkun dik ta’ 25%.

Żiedu jgħidu li: “Partit Nazzjonalista fil-programm elettorali qed jintrabat ukoll li r-rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, tal-VAT jew tat-taxxa fuq id-dħul ma jiżdidux tul il-leġiżlatura kolha. Dan filwaqt li titwettaq ġustizzja mal-konsumaturi kollha li nsterqu bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma mill-2013 ’l hawn billi tinagħtalhom rifużjoni fuq l-ammont kollu misruq.”

Il-PN temm jgħid li l-Partit Laburista flok jippanikja u jikteb għandu mill-aktar fis itina l-viżjoni tiegħu għall-pajjiżna.

Ekonomija

Sport