Iċ-champions renjanti Ingliżi Manchester City huma rappurtati li qed iżidu l-interess fl-akkwist tal-plejer ta’ Juventus Paul Pogba. Dan tal-aħħar se jitlaq lill-Bianconeri eżatt kif tintemmlu s-sospensjoni li dabbar minħabba regoli ta’ doping.
Pogba kien qed jissemma’ wkoll ma’ Olympique Marseille iżda minħabba raġuni jew oħra, l-ebda interess ieħor ma feġġ.
Pogba lagħab ukoll ma’ Manchester United f’żewġ esperjenzi separati.