Monday, October 19, 2026
Home Sport Cristiano Ronaldo sospiż u mmultat wara li telaq mill-kamp tal-Portugall

Cristiano Ronaldo sospiż u mmultat wara li telaq mill-kamp tal-Portugall

0
46

Cristiano Ronaldo ġie sospiż għal 30 jum u mmultat €255 mill-FA Portugiża wara li telaq mill-kamp tat-team nazzjonali mingħajr awtorizzazzjoni. Il-piena tħabbret nhar it-Tnejn wara li l-kunsill dixxiplinari sab lill-captain tal-Portugall ħati ta’ ksur intenzjonat tar-regolamenti.

L-inċident seħħ fit-30 ta’ Settembru f’Copenhagen, qabel il-konfront tan-Nations League kontra d-Danimarka. 

Ronaldo kien irrabjat wara li baqa’ fuq il-bank bħala sostitut mhux utilizzat fir-rebħa ta’ Portugall bl-iskor ta’ 2-1 kontra n-Norveġja, minkejja li ntbagħat jagħmel il-warming-up biex jidħol jilgħab.

L-attakkant ta’ 41 sena akkuża lill-coach, Jorge Jesus, li ma żammx kelmtu dwar il-ħin li kellu jingħata fil-ground. Il-coach ċaħad li kien għamel xi ftehim miegħu.

Ronaldo aktar tard skuża ruħu mal-partitarji u ma’ sħabu. Madankollu, għadu mhux ċar jekk iż-żmien li diġà serva taħt sospensjoni proviżorja hux se jingħadd mal-piena finali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here