Sergen Yalcin mistenni jinħatar il-coach il-ġdid tat-team nazzjonali tat-Turkija b’kuntratt ta’ erba’ snin, wara li Vincenzo Montella tkeċċa mill-kariga aktar kmieni dan ix-xahar.
Il-coach ta’ 53 sena mistenni jibda d-dmirijiet tiegħu nhar it-Tlieta, 20 ta’ Ottubru, filwaqt li l-FA Torka mistennija tħabbar il-ħatra uffiċjalment.
Yalcin kellu perjodu ta’ suċċess fit-tmexxija ta’ Besiktas, meta fl-istaġun 2020-21 wassal lit-team ta’ Istanbul jirbaħ kemm il-kampjonat Tork kif ukoll it-Tazza tat-Turkija.
L-ewwel impenji tiegħu fit-tmexxija tat-Turkija mistennija jkunu f’Novembru, meta t-team nazzjonali jaffronta lill-Belġju fit-12 ta’ Novembru, qabel jilgħab kontra Franza tlett ijiem wara fil-UEFA Nations League.




