Wednesday, April 9, 2025

Polo: Malta tilgħab kontra l-Italja fil-King of Spain Cup

Aqra wkoll

It-tim Malti tal-Polo jilgħab kontra l-Italja nhar is-Sibt li ġej fil-King of Spain Cup fit-tentattiv li jirbaħ din il-kompetizzjoni internazzjonali.

Malta se jkollha lil Julian Mamo, Jeremy Besancon, Karl Galea u Martin Arrigo bl-Italja li se jilagħbu b’Patricio Rattagan, Francesco Scardaccione, Terence Cusmano u Fabrizio Facello.

L-Umpires għal din il-logħba se jkunu Mariano Itturioz u Gaston Etcheberry bit-tielet uffiċjal li se jkun Philip Wismayer.

It-throw-in għal din il-logħba se jkun fil-11.30am u dan l-avveniment se jsir bl-appoġġ ta’ EquestriMalta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport