Wednesday, July 24, 2024

Polo: Veuve Cliquot jirbħu finali storika

Aqra wkoll

Veuve Cliquot rebħu d-Du Cane Cup 2024 organizzata mill-Malta Polo Club meta fil-finali għelbu lil Gauchos Finestral bl-iskor ta’ tmien punti u nofs għal tnejn.

Din kienet logħba storika bejn żewġ timijiet femminili, l-ewwel waħda fix-xorta tagħha.

Protagonista prinċipali għal Veuve Cliquot kienet Sarah Manduca li skorjat sitt gowls b’Nikki Fenech Conti li kienet awtriċi ta’ doppjetta.

Nicole Fenech Adami skorjat l-uniċi żewġ gowls għal Gauchos Finestral.

Fi tmiem il-konfront, il-mara tal-Prim Ministru Dr Lydia Abela ippreżentat it-tazza lill-captain ta’ Veuve Cliquot Sarah Manduca.

Ekonomija

Sport